Aqbeż għall-kontentut

Xemx

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ix-Xemx tagħna

Ix-Xemx hija stilla. Tiddi għax tipproduċi enerġija fiha nfisha fil-qalba tagħha. Ix-Xemx hija estremament importanti għall-ħajja fuq l-Art: kull sħana, dawl u enerġija tiġi mix-Xemx. L-Art torbita madwar ix-Xemx, bħalma jagħmlu bosta korpi oħra, fosthom pjaneti, asterojdi, meteoriti, kometi u trab spazjali. Is-simbolu astronomiku tax-Xemx huwa ċirku b'tikka fin-nofs ☉.

Twieldet Kewkba

[immodifika | immodifika s-sors]
Xemx kewkba

Il-kwiekeb jiffurmaw minn sħab kiesaħ u dens, fil-medja interstellari: is-sħab enormi ta' trab u gass li jinsabu madwar l-istilel.

Il-medja interstellari hija magħmula prinċipalment mill-idroġenu u l-elju, iżda meta ġenerazzjonijiet imgħoddija ta' kwiekeb għebu, tefgħu elementi itqal mill-idroġenu u l-elju. Għalhekk kwiekeb zgħar mill l-istess żmien tax-Xemx, fihom dawn l-elementi.

Il-massa tax-xemx hi ta' madwar 2×1030 kg, u hi ħarira iktar elevata minn dik ta' stilla medja. Madwar 74% tal-massa tagħha hi magħmula mill-idroġenu, 25% mill-elju u l-bqija hu magħmul minn kwantità ta' traċċi ta' elementi itqal. Jaħsbu li x-Xemx għandha xi 5 biljun sena, u li tinsab f'nofs triq tas-sekwenza ta' evoluzzjoni ewlenija tagħha. Matulha, reazzjonijiet ta' fużjoni nukleari fil-qalba tax-xemx jgħaqqdu bis-sħana l-idroġenu ma' l-elju. F'temp ta' qisu 5 biljun sena oħra x-xemx issir nebula planetarja.

Kultant xi stimulu hu meħtieġ biex tibda' kontrazzjoni ta' sħaba. Din taf tkun il-ġibda gravitazzjonali ta' kewkba għaddejja, il-mewġa ta' densita' fi ħdan ta' galassja spirali jew xokk minn splużjoni ta' supernova. Xi astronomi jsostnu li supernova fil-qrib bdiet sħaba u naqset mid-daqs sa ma x-Xemx iffurmat xi 4,600,000,000 sena ilu.

Hekk kif is-sħaba naqset mid-daqs, il-pressa u temperatura telgħu fin-nofs sakemm tal-aħħar saret daqshekk taħraq u l-pressa hekk kbira li l-fużjoni nuklejari bdiet. L-fużjoni nuklejari hija l-qawwa li kull kewkba għandha, u ġox-Xemx l-ammonti vasti ta' idroġenu li qed jiġu mibdula għal elju, jipproduċu l-enerġija. Kewkba titwieled meta tibda l-fużjoni nuklejari.

Tul il-ħajja kollha ta' kewkba jkun hemm bilanċ sħiħ bejn il-gravità (li tipprova tnaqqas id-daqs tal-istilla) u l-pressa li tipprova tinbuttha l-bogħod. Kewkba tkun l-iżjed stabbli waqt li taħraq l-idroġenu ġewwa qalbha. F'dan l-istadju hija msejjħa kewkba fis-sekwenza ewlenija. Ix-Xemx hija attwalment f'dan l-istadju ta' ħajjitha u għandha tibqa taħraq l-idroġenu ta' qalbha għal 5,000,000,000 jew 6,000,000,000 sena oħra.

Din in-nebula planetarja, in-NGC 2440, hija ageing star


Xjuħija u mewt

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta l-idroġenu kollu tal-qalba jintuża , ix-Xemx tibda' taħraq l-idroġenu ġol-atmosfera tagħha qoxra wara qoxra. Huwa u l-font tal-enerġija joħroġ 'il barra, ix-Xemx tespandi u tiksaħ, u ssir ġganta ħamra.

Meta l-idroġenu jintuża kollu, ix-Xemx tikkrolla. Il-qalba tisħon ħafna iktar sakemm terġa' ssir fużjoni nuklejari oħra, iżda din id-darba huwa l-elju li jinħaraq jipproduċi l-karbonju.

L-elju jinħaraq f'ħafna inqas ħin mill-idroġenu, għalhekk jiġi kkonsmat f'perijodu iqsar. Meta x-Xemx terġa tikkrolla, issa, il-qalba ma tisħonx biżżejjed u ma jkunx possibli li sir fużjoni nuklejari oħra. Ix-Xemx issir nana bajda, tiksaħ gradwalment u tmut.

L-istruttura interna tax-Xemx, sors:https://www.physics.hku.hk/~nature/CD/regular_e/lectures/chap11.html




Xemx
Ix-Xemx
Ix-Xemx
Karatteristiċi
Distanza medja mill- Art 150.000.000 km
Manjitudni apparenti -26,8m
Manjitdni assoluta 4,8m
Karatteristiċi fisiċi
Dijametru 1.392.000 km
(paragunat ma’ l-Art) 109 darbiet
Arja tas-superfiċi 6,09 × 1012 km2
Volum 1,41 × 1027 m3
Massa (fisika) 1,9891 × 1030 kg
(paragunat ma’ l-Art) 333.400 darba
Densità medja 1,411 g/cm3
(paragunat ma’ l-Art) 0.26 darba
(paragunat ma’ l-ilma) 1,409
Gravità superfiċjali 274 m s-2
(paragunat ma’ l-Art) 27,9 g
Temperatura superficjali 5780 K
Temperatura tal- korona 5 × 106 K
Luminosità (LS) 3,827 × 1026 J s-1
Karatteristiċi orbitali
Perijodu ta’ rotazjoni  
Għall-ekwatur: 27d 6h 36m
Għal-latitudni 30°: 28d 4h 48m
Għal-latitudni 60°: 30d 19h 12m
Għal-latitudni 75°: 31d 19h 12m
Perijodu tal-orbita madwar
al
220 miljuni ta’ snin
kompożizzjoni tal- Fotosfera
idroġenu 73,46 %
elju 24,85 %
ossiġnu 0,77 %
karbonju 0,29 %
ħadid 0,16 %
neon 0,12 %
ażotu 0,09 %
silikejt 0,07 %
manjeżju 0,05 %
zolfu 0,04 %

Struttura tax-Xemx

[immodifika | immodifika s-sors]

IL-QALBA tax-Xemx hija żona ta' madwar 20% tad-dijametru solari. Minn ġol-qalba u reġjun li jestendi sa 70% tar-raġġ solari, l-enerġija tiġi rradjata 'il barra. Iż-żona konvettiva, li hi wiesgħa madwar 30% tar-raġġ solari tinsab wara dan ir-reġjun.

Ir-radjazzjoni prodotta f'qalbet ix-xemx hija forma ta' raġġi Gamma: l-iżjed radjazzjoni enerġetika. Jaħsbu li r-radjazzjoni fiha l-fotoni, li huma 'pakketti' ta' enerġija. It-tip ta' radjazzjoni jiddependi fuq kemm għandhom enerġija dawn il-fotoni. Hekk kif il-fotoni jimxu 'l barra , jitilfu l-enerġija, u hekk issiru raġġi X, u wara ultravjola, viżibbli u infra-aħmar. Foton waħda taf iddum mijiet ta' eluf ta' snin biex tilħaq il-fotosfera għax tiġi kontinwament mifruxa, merħija, u rijammessa matul il-vjaġġ tagħha.

Aħna naraw ix-Xemx bħal diska ta' dawl jiddi (qatt m'għandna nħarsu lejn ix-Xemx direttament għax nagħmlu ħsara kbira lill-għajnejna). Dan għaliex aħna evolvejna biex nirrispondu għar-radjazzjoni li nsejħu dawl viżibbli. Ix-Xemx tarmi tul lis-spektrum elettromanjetiku kollu, iżda il-biċċa l-kbira ta' dawl viżibbli jiġi prodott fil-fotosfera, li xi minn daqqiet hi magħrufa bħala s-superfiċi jew il-wiċċ!

Lil hinn mill-fotosfera hemm il-kromosfera-- bejn 2,000 u 10,000 km (1,200 sa' 6,200 mil) wiesgħa--u iżjed 'l barra mbagħad insibu l-atmosfera ta' barra, il-korona, li testendi 'l barra għal eluf t' eluf ta' kilometri. It-temperatura tiżdied tul il-kromosfera u tilħaq madwar 10,000K (10,000 grad Selsjus/18,000 grad Ferenajt) sal-qiegħ ta' żona ta' tranżizzjoni. F'din iż-żona t-temperaturi jogħlew bosta eluf ta' gradi iżjed. Ma nifmhux kompletament ir-raġuni għaliex il-korona għandha tiġi tant imsaħħna iżda avvenimenti ta' rikonnessjoni manjetika (meta kampijiet manjetiċi jerġgħu jingħaqdu wara separazzjoni temporanja) tista' tkun ir-raġuni--splużjoni ta' enerġija tiġi prodotta meta linji ta' kampijiet manjetiċi jingħaqdu mill-ġdid.

Newtrini Xemxin

[immodifika | immodifika s-sors]

BARRA MILLI tipproduċi fotoni, il-fużjoni nuklejari tikkreja wkoll in-Newtrini. Dawn huma partiċelli elementari negliġibbli mingħajr massa jew mingħajr karga. Ma tantx jinteraġixxu ma' materjal ordinarju, u ma jeħdux dawk il-mijiet ta' eluf ta' snin biex jaqsmu x-Xemx anzi kważi mill-ewwel jgħaddu minn naħa għall-oħra u jiġu emanati bir-rata ta' 6 x 1014 newtrina kull metru kwadru tas-superfiċi xemxija fis-sekonda.

Huma jgħaddu rapidament ukoll mill-Art. Imbnew detectors tan-newtrini, iżda riżultati juru biss terz ta' newtrini mistennija. Bosta raġunijiet għal dan ġew diskussi iżda l-ebda teorija għadha ma ġiet aċċettata.

Tebgħat Xemxin

[immodifika | immodifika s-sors]

JEKK INĦARSU lejn ix-Xemx f'dawl abjad, kultant, fuqha jidru bħal tikek skuri . Dawn it-tikek jissejħu tebgħat Solari, jew tebgħat Xemxin, u kienu jidhru regolarment fis-seklu dsatax. It-tebgħat huma indikazzjoni ċara tal-attivita' kontinwa tax-Xemx; ħafna tebgħat juru li kewkba bħax-Xemx tkun attiva.

Attività tat-tebgħat Xemxin isseħħu, bejn wieħed u ieħor, fuq perijodu ta' 11-il sena, li hu magħruf primarjament bħala iċ-Ċiklu tax-Xemx . Infatti, minħabba effenti manjetiċi, huwa effetivament ċiklu ta' madwar 22 sena, li hu magħruf bħala iċċiklu solari manjetiku.

L-kamp manjetiku tax-Xemx hu simili għal dik tal-Art, iżda ix-Xemx għandha Plasma. L-idroġenu f'temperaturi għoljin bħal 15,000,000K/ 27,000,000 °F fiċ-ċentru u xi 6,000K/10,340 °F fil-fotosfera, li l-elettroni huma imwaddba 'l Barra, l-atomi tal-idroġenu jħallu baħar ta' joni kkargati pożittivament u elettroni ikkargati negattivament. Ġo Plasma simili, il-linji tal-kampijiet manjetiċi jkunu magħluqa ġo nassa, huma ma jkunx jistgħu jiċċaqalqu liberament ġewwa partiċelli ikkargati, għalhekk hekk kif ix-Xemx iddur u l-plasma tiċċaqlaq, il-linji tal-kamp manjetiku jiġu ippakkjati flimkien ġo reġjuni lokaliżati. Is-sħana f'dawn ir-reġjuni tiġi imrażżna u huma jidhru skuri kontra il-bqija tal-fotosfera. Fid-Dell skur tat-tebgħat Xemxin, it-temperatura tista' tilħaq sa 1,000K (1,000 °C/1,800 °F). Kampijiet manjetiċi fi ħdan it-tebgħat Xemxin jafu jkunu 10,000 darba s-saħħa normali tal-kamp Xemxi.

Tebgħat Xemxin https://www.exploratorium.edu/sunspots/

Avvenimenti splużivi

[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-Xemx għandha ġisem dinamiku u turbolenti. Hi tarmi kontinwament partiċelli ta' elettroni u protoni. Dan jisejjaħ ir-riħ solari. Ix-Xemx titfa' leħħ ta' ammonti kbar ta' plasma u enerġija ġor-riħ solari, waqt li dak li jintefa' 'l barra mill-korona huma bżieżaq enormi ta' plasma li jespandu minn ġol-korona u 'l barra ġo l-ispazju.

Eklissi Solari

[immodifika | immodifika s-sors]

IX-XEMX u l-qamar jidru, bejn wieħed u ieħor, ta' l-istess qies hemm fuq fis-sema. Iżda l-qamar hu xi 400 darba iżgħar mix-Xemx, imma wkoll 400 darba eqreb. Waqt eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-inviżibbli korona.

Li kieku il-Qamar idur mad-Dinja bl-istess mod li hija ddur max-Xemx (elitiku), allura l-eklissi totali tax-Xemx kienet issir kull darba li jkun hemm Qamar ġdid. Madanakollu, l-orbita Qamrija hija inklinata għal xi 5 gradi lejn l-elitiku, għaldaqstnat il-Qamar xi kultnat jgħaddi fuq, jew taħt ix-Xemx fis-sema. Huwa biss meta l-Qamar jinsab fl-istess pjan elitiku tad-dinja f'qamar ġdid eklissi solari hija possibli li sseħħ.

L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u x-Xemx li jidrhu fis-smewwiet ivvarjaw. Hekk si minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u eklissi anulari ssir; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar u l-korona tax-Xemx ma tidhirx.

Għal min josserva huwa possibli li jara eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali ikun possibli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx.