Aqbeż għall-kontentut

Samarra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Samarra
 Iraq
Amministrazzjoni
Stat sovranIraq
Governorate of IraqGovernorat ta' Saladin
Ismijiet oriġinali سامراء
Kodiċi postali 34010
Ġeografija
Koordinati 34°11′45″N 43°53′08″E / 34.1959°N 43.88568°E / 34.1959; 43.88568Koordinati: 34°11′45″N 43°53′08″E / 34.1959°N 43.88568°E / 34.1959; 43.88568
Samarra is located in Iraq
Samarra
Samarra
Samarra (Iraq)
Superfiċjenti 150.58 kilometru kwadru, 15,058 hectare, 31,414 hectare
Għoli 80 m
Demografija
Popolazzjoni 140,400 abitanti (2015)

Samarra (bl-Għarbi: سَامَرَّاء, Sāmarrāʾ) hija belt fl-Iraq. Tinsab fix-xatt tal-Lvant tax-xmara Tigris fil-Governorat ta' Saladin, 125 kilometru (78 mil) fit-Tramuntana ta' Bagdad. Il-belt ta' Samarra ġiet stabbilita fit-836 mill-kaliff Abbasid al-Mu'tasim bħala belt kapitali amministrattiva ġdida u bażi militari. Fl-2003 il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 348,700 ruħ. Matul il-Gwerra Ċivili Iraqqina, Samarra kienet tinsab fit-"Triangolu Sunnit" tar-reżistenza.

Is-sit arkeoloġiku ta' Samarra għadu jippreserva l-biċċa l-kbira tal-pjanta oriġinali, tal-arkitettura u tal-artefatti artistiċi tal-belt storika. Fl-2007 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Samarra preistorika

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fdalijiet ta' Samarra preistorika ġew skavati għall-ewwel darba bejn l-1911 u l-1914 mill-arkeologu Ġermaniż Ernst Herzfeld. Samarra saret is-sit ewlieni tal-kultura ta' Samarra. Mill-1946, il-kotba bin-noti, l-ittri, ir-rapporti u r-ritratti mhux ippubblikati tal-iskavi jinsabu għall-wiri fil-Gallerija tal-Arti ta' Freer f'Washington, D.C, l-Istati Uniti.

The civilization flourished alongside the Ubaid period, as one of the first town states in the Near East. It lasted from 5,500 BCE and eventually collapsed in 3,900 BCE.

Perjodu Neo-Assirjan

[immodifika | immodifika s-sors]

A city of Sur-marrati (refounded by Sennacherib in 690 BC according to a stele in the Walters Art Museum) is insecurely identified with a fortified Assyrian site at al-Huwaysh on the Tigris opposite modern Samarra. The State Archives of Assyria Online identifies Surimarrat as the modern site of Samarra.

Ancient place names for Samarra noted by the Samarra Archaeological Survey are Greek Souma (Ptolemy V.19, Zosimus III, 30), Latin Sumere, a fort mentioned during the retreat of the army of Julian in 363 AD (Ammianus Marcellinus XXV, 6, 4), and Syriac Sumra (Hoffmann, Auszüge, 188; Michael the Syrian, III, 88), described as a village.

The possibility of a larger population was offered by the opening of the Qatul al-Kisrawi, the northern extension of the Nahrawan Canal which drew water from the Tigris in the region of Samarra, attributed by Yaqut al-Hamawi (Muʿjam, see under "Qatul") to Khosrau I (531–578). To celebrate the completion of this project, a commemorative tower (modern Burj al-Qa'im) was built at the southern inlet south of Samarra, and a palace with a "paradise" or walled hunting park was constructed at the northern inlet (modern Nahr ar-Rasasi) near ad-Dawr. A supplementary canal, the Qatul Abi al-Jund, excavated by the Abbasid Caliph Harun al-Rashid, was commemorated by a planned city laid out in the form of a regular octagon (modern Husn al-Qadisiyya), called al-Mubarak and abandoned unfinished in 796.

Belt kapitali Abbasida

[immodifika | immodifika s-sors]
Dirham ta' Al-Muntasir zekkata f'Samarra, 861/862 W.K.

Fit-836 W.K., il-kaliff Abbasid Al-Mu'tasim stabbilixxa belt kapitali ġdida max-xtut tax-xmara Tigris. Hemmhekk bena kumplessi ta' palazzi estensivi mdawra b'insedjamenti ta' gwarniġjon għall-gwardjani tiegħu, l-iktar mill-Asja Ċentrali u mill-Iran (l-iktar famużi kienu t-Torok, kif ukoll ir-riġmenti Khurasani Ishtakhaniyya, Faraghina u Ushrusaniyya) jew mit-Tramuntana tal-Afrika (bħall-Maghariba). Għalkemm spiss kienu msejħa suldati skjavi Mamluk, l-istatus tagħhom kien pjuttost elevat; uħud mill-kmandanti tagħhom kellhom anke titli Sogdjani ta' nobbiltà.

Il-belt ġiet żviluppata iktar taħt il-Kaliff al-Mutawakkil, li sponsorja l-kostruzzjoni ta' kumplessi ta' palazzi lussużi, bħal ta' al-Mutawakkiliyya, u l-Moskea l-Kbira ta' Samarra bil-minaret spirali famuż tagħha jew Malwiya, li nbniet fit-847. Għal ibnu al-Mu'tazz huwa bena l-palazz il-kbir ta' Bulkuwara.

Il-fdalijiet ta' vaska ċirkolari mdawra bi swali ta' riċeviment fil-palazz ta' Dar al-Khilafa, mibni minn Al-Mu῾tasim (li rrenja fit-833-842).

Il-patrijarka Nestorjan Sargis (860-872) ittrasferixxa s-sede patrijarkali tal-Knisja tal-Lvant minn Bagdad għal Samarra, u wieħed jew tnejn mis-suċċessuri immedjati tiegħu jaf anke qagħad f'Samarra sabiex ikun qrib is-sede tal-poter.

Samarra baqgħet ir-residenza tal-kaliff sat-892, meta al-Mu'tadid irritorna l-belt kapitali lejn Bagdad. Sorsi storiċi jirrapportaw li r-rikkezzi tal-belt insterqu lejn dan iż-żmien. Il-popolazzjoni tal-belt x'aktarx naqset u l-belt qabdet it-triq tan-niżla, iżda baqgħet ċentru kummerċjali u suq importanti.

Mis-seklu 12 'il quddiem saret sit importanti għall-pellegrinaġġi. Matul is-sekli 12 u 13, il-fluss tax-xmara lejn in-Nofsinhar tal-belt iddevja iktar lejn il-Lvant. B'riżultat ta' dan, it-triq prinċipali bejn Bagdad u Mosul ġiet ittrasferita lejn ix-xatt tal-Punent u Samarra tilfet l-importanza tagħha bħala belt kummerċjali.

Qasr al-'Ashiq, palazz tal-era Abbasida qrib Samarra.

Fis-seklu 18, fil-belt seħħet waħda mill-iżjed battalji vjolenti tal-Gwerra bejn l-Ottomani u l-Perjsani tal-1730-1735, il-Battalja ta' Samarra, fejn mietu iktar minn 50,000 Tork u Persjan. Din il-battalja ddeċidiet id-destin tal-Iraq Ottoman u wasslet biex il-pajjiż jibqa' taħt is-sovranità ta' Istanbul sal-Ewwel Gwerra Dinjija.

Matul is-snin 50 tas-seklu 20, Samarra kisbet importanza ġdida meta nħoloq lag permanenti, il-Lag ta' Tharthar, permezz tal-kostruzzjoni tad-Diga ta' Samarra, li nbena sabiex jiġi pprevjenut l-għargħar frekwenti ta' Bagdad. Bosta nies lokali ġew spostati minħabba d-diga, u b'hekk il-popolazzjoni ta' Samarra kibret.

Samarra hija belt ewlenija fil-Governorat ta' Saladin, parti importanti mill-hekk imsejjaħ Triangolu Sunnit fejn l-insorġenti kienu attivi matul il-Gwerra tal-Iraq.

Is-Santwarju ta' Al-Askari.

Għalkemm Samarra hija famuża għas-siti mqaddsa tax-Xiiti, inkluż l-oqbra ta' diversi imam Xiiti, tradizzjonalment u sa reċentement ħafna, il-belt kienet dominata mill-Għarab Sunniti. It-tensjonijiet bejn is-Sunniti u x-Xiiti żdiedu matul il-Gwerra tal-Iraq. Fit-22 ta' Frar 2006, il-koppla tad-deheb tal-Moskea ta' al-Askari ġiet ibbumbardjata, u dan ta bidu għal perjodu ta' rewwixti u attakki ta' tpattija fil-pajjiż kollu fejn mietu mijiet ta' nies. L-ebda organizzazzjoni ma ddikjarat ir-responsabbiltà għall-bumbardament. Fit-13 ta' Ġunju 2007, l-insorġenti reġgħu attakkaw il-moskea u qerdu ż-żewġ minaret maġenb il-fdalijiet tal-koppla. Fit-12 ta' Lulju 2007, it-torri tal-arloġġ ġie splodut iżda ma ġewx irrapportati mwiet. L-iskrivan Xiita Muqtada al-Sadr appella għal dimostrazzjonijiet paċifiċi u għal tlett ijiem ta' luttu. Huwa stqarr li kien tal-fehma li l-ebda Għarbi Sunnit ma kien il-moħħ wara l-attakk, għalkemm skont in-New York Times it-terroristi x'aktarx li kienu Sunniti marbuta ma' Al-Qaeda. Il-kumpless tal-moskea ngħalaq wara l-bumbardament tal-2006 u dak iż-żmien kien ġie stabbilit curfew fil-belt mill-pulizija Iraqqina. Fl-2009, il-moskea reġgħet infetħet għalkemm ir-restawr baqa' għaddej.

Mit-tmiem tal-gwerra ċivili Iraqqina fl-2007, il-popolazzjoni Xiita tal-belt imqaddsa żdiedet esponenzjalment. Madankollu, il-vjolenza kompliet, u seħħew attakki bil-bombi fl-2011 u fl-2013. F'Ġunju 2014, il-belt ġiet attakkata mill-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Levant (ISIL) bħala parti minn offensiva tat-Tramuntana tal-Iraq. Il-forzi tal-ISIL ħatfu l-binja tal-muniċipalità u l-università, iżda iktar 'il quddiem sfaw megħluba mill-armata Iraqqina u mill-forzi speċjali Iraqqin. Il-Mawżolew tal-Imam Dur fil-qrib, mawżolew storiku ddedikat lill-mexxej Xiita Musulman ibn Quraysh, inqered mill-ISIL fl-2014.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-minaret spirali tal-Moskea l-Kbira ta' Samarra.

Is-Sit Arkeoloġiku ta' Samarra ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]

Samarra għandha klima sħuna tad-deżert (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: BWh). Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel fix-xitwa. It-temperatura annwali medja f'Samarra tkun 22.7 °C (72.9 °F). Kull sena tinżel preċipitazzjoni ta' 171 mm (6.73 pulzieri).

Data klimatika għal Samarra
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 15.3

(59.5)

18.0

(64.4)

22.1

(71.8)

28.3

(82.9)

35.7

(96.3)

41.1

(106.0)

43.9

(111.0)

43.6

(110.5)

39.7

(103.5)

33.2

(91.8)

24.4

(75.9)

17.4

(63.3)

30.2

(86.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 4.4

(39.9)

5.9

(42.6)

9.3

(48.7)

14.2

(57.6)

19.6

(67.3)

23.5

(74.3)

25.9

(78.6)

25.4

(77.7)

21.4

(70.5)

16.4

(61.5)

10.6

(51.1)

5.8

(42.4)

15.2

(59.4)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 25

(1.0)

30

(1.2)

29

(1.1)

21

(0.8)

8

(0.3)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

4

(0.2)

20

(0.8)

34

(1.3)

127

(5.0)

Sors: climate-data.org[3]

Importanza reliġjuża

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-belt hemm ukoll is-Santwarju ta' al-Askari, li fih il-mawżolej tal-Imam Ali al-Hadi u tal-Imam Hasan al-Askari, l-għaxar u l-ħdax-il imam Xiiti, rispettivament, kif ukoll il-post minn fejn Muhammad al-Mahdi, magħruf bħala l-"Imam Moħbi", jingħad li mar għall-Okkultazzjoni skont it-twemmin tax-Xiiti. B'hekk hija ċentru tal-pellegrinaġġi importanti għall-imam Xiiti. Barra minn hekk, Hakimah u Narjis, qrabat femminili tal-Profeta Muħammed u l-imam, meqjusa importanti ferm mill-Musulmani, huma midfuna hemmhekk; b'hekk din il-moskea hija waħda mill-iżjed siti importanti ta' qima.

Fil-kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-metafora bl-Ingliż ta' "Having an appointment in Samarra" (litteralment "ikollok appuntament f'Samarra"), li tfisser mewt, hija referenza letterarja għal mit tal-Babilonja antika rreġistrat fit-Talmud Babilonjan u traskritt minn W. Somerset Maugham, fejn il-Mewt tirrakkonta t-tentattiv futili ta' raġel li jaħrabha billi jaħrab minn Bagdad għal Samarra. Il-ġrajja "L-Appuntament f'Samarra" sussegwentement nibtet f'rumanz tal-istess isem ta' John O'Hara. Il-ġrajja tissemma f'"The Six Thatchers", episodju tal-2017 ta' Sherlock.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • De la Vaissière, Étienne (2007): Samarcande et Samarra. Élites d’Asie central dans l’empire abbaside (Studia Iranica, Cahier 35), Pariġi.
  • Gordon, Matthew S. (2001). The Breaking of a Thousand Swords: A History of the Turkish Military of Samarra (A.H. 200–275/815–889 C.E.). Albany, New York: State University of New York Press. ISBN 0-7914-4795-2.
  • Northedge, Alastair (2005): The historical topography of Samarra, Londra.
  • Robinson, Chase (ed.) (2001): A Medieval Islamic City Reconsidered: An Interdisciplinary Approach to Samarra (Oxford Studies in Islamic Art 14). Oxford.
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Samarra Archaeological City". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-28.
  2. ^ Stanley A. Freed, "Research Pitfalls as a Result of the Restoration of Museum Specimens", Annals of the New York Academy of Sciences, Volume 376, The Research Potential of Anthropological Museum Collections, pages 229–245, December 1981.
  3. ^ "Climate data for cities worldwide". en.climate-data.org. Miġbur 2023-10-28.