Aqbeż għall-kontentut

Burt Bacharach

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Burt Bacharach
Ħajja
Isem propju Burt Freeman Bacharach
Twelid Belt ta' Kansasu Kansas City (en) Translate, 12 Mejju 1928
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Los Angeles, 8 Frar 2023
Post tad-dfin Hillside Memorial Park (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Bert Bacharach
Omm Irma M. Freeman
Konjuga/i Angie Dickinson (mul) Translate  (1965 -  1981)
Carole Bayer Sager (en) Translate  (1982 -  1991)
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Mannes College The New School for Music (en) Translate
Music Academy of the West (en) Translate
McGill University
Forest Hills High School (en) Translate
Lingwi Ingliż
Għalliema Nadia Boulanger (mul) Translate
Darius Milhaud (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pjanist
kompożitur
kompożitur tal-kanzunetti
kompożitur tal-mużika tal-films
produttur tad-diski
artist diskografiku
mużiċist
arranġatur
surmast tal-orkestra
kantant
liriċista
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Academy Award for Best Original Score, no Musical (en) ]]
    (16 Frar 1970) : [[Butch Cassidy and the Sundance Kid (en) ]]
    [[Academy Award for Best Original Song (en) ]]
    (11 Frar 1982) : [[Arthur's Theme (Best That You Can Do) (en) ]]
Moviment artistiku mużika pop
mużika lounge
pop orkestrali
mużika vokali
mużika ħafifa
Strument/i tal-mużika pjanu
strument bit-tastiera
vuċi
Tikketta tar-reġistrazzjoni A&M Records
Columbia Records
Kapp Records (en) Translate
DJM Records (en) Translate
Ricordi International (en) Translate

Burt Freeman Bacharach (pronunzjat /ˈbækəræk/ BAK-ə-rak; twieled fit-12 ta' Mejju 1928 – miet fit-8 ta' Frar 2023) kien kompożitur, kantawtur, produttur tad-diski u pjanist Amerikan li kkompona mijiet ta' kanzunetti popolari mill-aħħar tas-snin 50 sas-snin 80 tas-seklu 20, ħafna b'kollaborazzjoni mal-kittieb tal-lirika Hal David. Huwa rebaħ il-Grammy Award sitt darbiet u l-Academy Award tliet darbiet. Il-kanzunetti ta' Bacharach ġew irreġistrati minn iktar minn 1,000 artist differenti.[1] Mill-2014 huwa kien kiteb 73 hit tat-Top 40 fl-Istati Uniti u 52 tar-Renju Unit.[2] Huwa kien wieħed mill-iżjed kompożituri importanti tal-mużika popolari tas-seklu 20.[3]

Il-mużika tiegħu hija kkaratterizzata minn progressjonijiet mhux tas-soltu bil-korda, influwenzata mill-isfond tiegħu fl-armonija tal-jazz u selezzjonijiet mhux tas-soltu ta' strumenti għal orkestri żgħar. Il-biċċa l-kbira tal-hits ta' Bacharach u ta' David inkitbu b'mod speċifiku għal Dionne Warwick u ġew kantati minnha, iżda assoċjazzjonijiet iktar bikrin (mill-1957 sal-1963) wasslu għall-kompożizzjoni ta' xogħlijiet konġunti ma' Marty Robbins, Perry Como, Gene McDaniels u Jerry Butler. Wara s-suċċess inizjali ta' dawn il-kollaborazzjonijiet, Bacharach kiteb hits għal Gene Pitney, Cilla Black, Dusty Springfield, Jackie DeShannon, Bobbie Gentry, Tom Jones, Herb Alpert, B. J. Thomas u The Carpenters, fost bosta artisti oħra. Huwa kien l-arranġatur, is-surmast u l-produttur tal-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet irreġistrati tiegħu.

Fost il-kanzunetti li kien koawtur tagħhom li laħqu l-quċċata tal-Billboard Hot 100 nsibu "This Guy's in Love with You" (1968), "Raindrops Keep Fallin' on My Head" (1969), "(They Long to Be) Close to You" (1970), "Arthur's Theme (Best That You Can Do)" (1981) u "That's What Friends Are For" (1986).

Bacharach kien figura sinifikanti tal-mużika ħafifa u l-kittieb William Farina jiddeskrivih bħala "kompożitur li l-isem venerat tiegħu jista' jiġi assoċjat ma' kważi kull artist mużikali prominenti ta' żmienu". Iktar 'il quddiem fil-karriera tiegħu, il-kanzunetti tiegħu ntużaw mill-ġdid għas-soundtracks ta' diversi films maġġuri, u bosta "tributi, kompilazzjonijiet u revivals bdew ifeġġu kullimkien".[4] Huwa influwenza movimenti mużikali li żviluppaw iktar 'il quddiem bħaċ-chamber pop[5] u Shibuya-kei.[6] Fl-2015, Rolling Stone kklassifikat lil Bacharach u lil David fit-32 post fil-lista tagħha tal-100 l-Akbar Kantawturi ta' Kull Żmien.[7] Fl-2012, it-tnejn ingħataw il-Premju Gershwin tal-Librerija tal-Kungress għall-Kanzunetta Popolari, li kienet l-ewwel darba li l-premju ngħata lil tim ta' kantawturi.[8]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]
Burt Bacharach mat-tieni mara tiegħu, l-attriċi Angie Dickinson, fl-1965.

Bacharach iżżewweġ erba' darbiet. L-ewwel darba ma' Paula Stewart għal ħames snin (1953-1958). It-tieni darba, mal-attriċi Angie Dickinson, għal 15-il sena (1965-1980).[9] Bacharach u Dickinson kellhom tifla, Nikki Bacharach, li kkommettiet suwiċidju fl-4 ta' Jannar 2007, meta kellha 40 sena.[10]

It-tielet żwieġ ta' Bacharach kien mal-kittieba tal-lirika Carole Bayer Sager, għal disa' snin (1982-1991). It-tnejn ikkollaboraw f'għadd ta' biċċiet mużikali u adottaw lil binhom Cristopher Elton Bacharach.

Bacharach iżżewweġ ir-raba' darba fl-1993, lil Jane Hansen. Flimkien kellhom żewġt itfal, lil binhom Oliver u lil binthom Raleigh.[11]

L-awtobijografija tiegħu, Anyone Who Had a Heart, ġiet ippubblikata fl-2013.

Unuri u premjijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1968, Grammy Award, l-Aqwa Arranġament Strumentali, Alfie (1966)
  • 1970, Grammy Award, l-Aqwa Mużika Oriġinali Miktuba għal Film jew għat-Televiżjoni, Butch Cassidy and the Sundance Kid (1969) u l-Aqwa Album Mużikali għat-Teatru, Promises, Promises.
  • 1970, Academy Award, l-Aqwa Kanzunetta Oriġinali, Raindrops Keep Fallin' On My Head.
  • 1970, Academy Award, l-Aqwa Mużika Oriġinali, Butch Cassidy and the Sundance Kid
  • 1971, Emmy Award, Outstanding Single Program - Variety or Musical - Variety and Popular Music, Singer Presents Burt Bacharach
  • 1981, Academy Award u Golden Globe, l-Aqwa Kanzunetta Oriġinali, "Arthur's Theme (Best That You Can Do)"
  • 1987, Grammy Award, Kanzunetta tas-Sena, That's What Friends Are For.
  • 1997, Grammy Trustees Award.
  • 1997, is-suġġett ta' bijografija tal-PBS "Great Performances", "Burt Bacharach: This is Now".
  • 1999, Grammy Award, l-Aqwa Kollaborazzjoni Pop ma' Vokalisti fis-single "I Still Have That Other Girl", b'kollaborazzjoni ma' Elvis Costello.
  • 2000, ir-rivista People kklassifikatu bħala wieħed mill-"Iżjed Irġiel Ħajjin Sexy", u bħala wieħed mill-"Iżjed 50 Irġiel Sbieħ" fl-1999.
  • 2001, il-Premju Mużikali Polar, ippreżentat fi Stokkolma mill-Maestà Tiegħu r-Re Karlu XVI Gustaf tal-Iżvezja.
  • 2002, National Academy Of Recording Arts and Sciences (NARAS) New York Heroes Award.
  • 2005, GQ Magazine Inspiration Award.
  • 2006, Grammy Award, l-Aqwa Album Strumentali Kontemporanju, At This Time
  • 2006, Premju George u Ira Gershwin għall-Kisbiet Mużikali mill-UCLA.
  • 2006, Thornton Legacy Award, USC; li ħolqu wkoll il-Borża ta' Studju Mużikali ta' Burt Bacharach fl-Iskola ta' Thornton biex jappoġġaw lill-mużiċisti żgħażagħ promettenti.
  • 2008, Grammy Lifetime Achievement Award, fejn ġie pproklamat bħala l-"Ikbar Kompożitur Ħaj" tal-mużika.
  • 2009, Bacharach ingħata Dottorat onorarju tal-Mużika mill-Kulleġġ Mużikali ta' Berklee. Il-premju ġie ppreżentat lilu matul il-kunċert Great American Songbook, li ta tribut lill-mużika tiegħu.
  • 2012, Premju Gershwin għall-Kanzunetta Popolari, ma' Hal David, mogħti mil-Librerija tal-Kungress.
Bacharach ikanta fl-2013.

Dehriet fit-televiżjoni u fil-films

[immodifika | immodifika s-sors]
  • An Evening with Marlene Dietrich
  • Austin Powers: International Man of Mystery
  • Austin Powers: The Spy Who Shagged Me
  • Austin Powers in Goldmember
  • Marlene Dietrich: Her Own Song
  • Nip/Tuck
  • The Nanny
  • Jake in Progress
  • Hit Maker!: Burt Bacharach Plays the Burt Bacharach Hits (1965)
  • What's New Pussycat? (Sountrack ta' Film) (1965)
  • After the Fox (Sountrack ta' Film) (1966)
  • Reach Out (1967) (US: Gold)
  • Casino Royale (Sountrack ta' Film) (1967)
  • On the Flip Side (Soundtrack Televiżiva) (1967)
  • Make It Easy on Yourself (1969) (US: Gold)
  • Butch Cassidy and the Sundance Kid (Sountrack ta' Film) (1969) (US: Gold)
  • Promises, Promises (Original Broadway Cast Recording) (1969)
  • Burt Bacharach (1971) (US: Gold)
  • Portrait in Music (Kompilazzjoni) (1971)
  • Burt Bacharach's Greatest Hits (1973)
  • Lost Horizon (Sountrack ta' Film) (1973)
  • Burt Bacharach in Concert (1974)
  • Living Together (1973)
  • Portrait in Music Vol. II (Kompilazzjoni) (1973)
  • Futures (1977)
  • Woman (1979)
  • Arthur (Sountrack ta' Film) (1981)
  • Night Shift (Sountrack ta' Film) (1982)
  • Arthur 2: On the Rocks (Sountrack ta' Film) (1988)
  • One Amazing Night (1998)
  • Painted from Memory ma' Elvis Costello (1998)
  • The Best of Burt Bacharach (Kollezzjoni tal-Millenju) 20th Century Masters (1999)
  • Isn't She Great (Film Soundtrack) (2000)
  • The Look of Love: The Burt Bacharach Collection [Kompilazzjoni ta' tliet diski] (2001)
  • Motown Salutes Bacharach [Kompilazzjoni] (2002)
  • Isley Meets Bacharach: Here I Am with Ronald Isley (2003)*
  • Blue Note Plays Burt Bacharach [Kompilazzjoni] (2004)
  • At This Time (2005)
  • The Definitive Burt Bacharach Songbook [Kompilazzjoni ta' żewġ diski] (2006)
  • Burt Bacharach & Friends Gold [2-Disc Compilation] (2006)
  • Colour Collection [Kompilazzjoni] (2007)
  • Marlene Dietrich with the Burt Bacharach Orchestra (2007)
  • Burt Bacharach: Live at the Sydney Opera House with the Sydney Symphony Orchestra (2008)
  • Magic Moments: The Definitive Burt Bacharach Collection [Kompilazzjoni ta' tliet diski] (2008)
  • Anyone Who Had A Heart - The Art Of The Songwriter [Kompilazzjoni ta' sitt diski] (2013)
  • A Boy Called Po (Soundtrack ta' Film) (2017)
  • Blue Umbrella (EP ta' ħames kanzunetti ma' Daniel Tashian) (2020)

Xogħlijiet teatrali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Marlene Dietrich (1968): kunċert — arranġatur mużikali u surmast
  • Promises, Promises (1968): musical — kompożitur (Tony Nomination għall-Aqwa Musical)
  • André DeShield's Haarlem Nocturne (1984): revue — kantawtur addizzjonali
  • The Look of Love (2003): revue — kompożitur
  • The Boy from Oz (2003): musical — kompożitur addizzjonali
  • Some Lovers (2011) — kompożitur ma' Steven Sater
  • My Best Friend's Wedding (2021) — kompożitur ma' Hal David

Reġistrazzjonijiet oħra

[immodifika | immodifika s-sors]
Bħala arranġatur jew surmast
  • Għal Marlene Dietrich:
    • Live at the Café de Paris (1954)
    • Dietrich in Rio (1959)
    • Wiedersehen mit Marlene (1960)
    • Dietrich in London (1964)
Bħala kompożitur
Bħala mużiċist
Albums bħala Tribut
  • Stan Getz ħareġ l-album What the World Needs Now: Stan Getz Plays Burt Bacharach and Hal David fl-1968.
  • Il-mużiċista jazz John Zorn ipproduċa sett ta' żewġ CDs ta' mużika strumentali ta' Bacharach (1997), fejn ħadu sehem diversi mużiċisti avant-garde, bħala parti mis-sensiela tiegħu Great Jewish Music.
  • Is-sestett tal-ark ta' Marie McAuliffe ħareġ album "Refractions" bħala tribut lil Bacharach fl-1998. McAuliffe kienet ħadet sehem f'album ta' tribut ta' John Zorn.
  • To Hal and Bacharach huwa album ta' tribut tal-1998 bi 18-il biċċa mużika strumentali, li jdoqquhom artisti Awstraljani notevoli.
  • That's New Pussycat!: Surf Tribute to Burt Bacharach (2001)
  • Trijntje Oosterhuis ħarġet l-album The Look of Love: Burt Bacharach Songbook fl-2006.
  • Michael Ball irreġistra l-album Back to Bacharach fl-2007
  • What the World Needs Now: Big Deal Recording Artists Perform the Songs of Burt Bacharach
  • All Kinds of People: Love Burt Bacharach (2010) huwa album ta' tribut prodott minn Jim O'Rourke, b'covers ta' Haruomi Hosono u ta' Thurston Moore, fost l-oħrajn.
  • This Girl's In Love (A Bacharach & David Songbook) inħarġet f'Novembru 2016 mill-kantawtur Anglo-Pakistani Rumer (li isimha proprja hu Sarah Joyce).
  1. ^ "Burt Bacharach interview: what was it all about?". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2023-02-10.
  2. ^ "A House Is Not A Homepage: Burt Bacharach Bio". www.bacharachonline.com. Miġbur 2023-02-10.
  3. ^ "Burt Bacharach Biography, Songs, & Albums". AllMusic (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-10.
  4. ^ Farina, William (2013). The German Cabaret Legacy in American Popular Music. McFarland. ISBN 978-0-7864-6863-8. p. 144.
  5. ^ "Chamber Pop Music Genre Overview". AllMusic (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-10.
  6. ^ "Return to the Planet of Cornelius". www.vice.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-10.
  7. ^ "100 Greatest Songwriters of All Time". Rolling Stone. Miġbur 2023-02-10.
  8. ^ Twitter (2012-05-09). "Hal David, Burt Bacharach honored in D.C. with Gershwin Prize". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-10.
  9. ^ "Burt Bacharach Biography (1928?-)". www.filmreference.com. Miġbur 2023-02-10.
  10. ^ "Asperger's syndrome: The ballad of Nikki Bacharach". The Independent (bl-Ingliż). 2007-01-08. Miġbur 2023-02-10.
  11. ^ Barber, Richard (2016-06-13). "Burt Bacharach at 88: 'Why would I ever want to stop?'" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-10.